MISTOQSIJIET PARLAMENTARI MAGĦMULA LIL MR SPEAKER
KAŻIJIET MHUX DEĊIŻI QUDDIEM L-OMBUDSMAN
ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH isaqsi lil Mr Speaker: Jista’ Mr Speaker jindika kemm hemm ilmenti li saru lill-Ombudsman fl-2007 li ma ġewx deċiżi u liema huma d-dipartimenti tal-Gvern jew entitajiet konċernati?
MR SPEAKER: Jien infurmat li fl-2007 waslu b’kollox fl-Uffiċċju tal-Ombudsman 660 ilment ġdid. Minnhom ġew deċiżi 655 waqt li l-5 każijiet l-oħra kienu għadhom pendenti fil-5 ta’ Marzu 2010.
Ta’ min jgħid li minbarra dawn il-ħames każijiet pendenti, f’din id-data kien hemm ukoll 9 każijiet oħra li oriġinaw fl-2007 u li kienu fost is-655 ilment li ġa ngħalqu iżda fejn l-investigazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ombudsman reġgħet infetħet għax min ressaq dawn l-ilmenti għadda informazzjoni addizzjonali li fil-fehma tal-Ombudsman kienet tirrikjedi li l-każ jinfetaħ mill-ġdid.
Dan ifisser li ilmenti li oriġinaw fl-2007 u li kienu għadhom miftuħa fil-5 ta’ Marzu 2010 kienu jammontaw b’kollox għal 14, imqassmin kif jidher hawn taħt:
Każijiet li oriġinaw fl-2007 u li kienu għadhom miftuħin
fil-5 ta’ Marzu 2010 (5)
|
Kunsilli Lokali
|
2
|
|
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
|
1
|
|
Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
|
1
|
|
Malta University Services Company Limited
|
1
|
Każijiet li nfetħu mill-ġdid (9)
|
Dipartiment tal-Artijiet
|
1
|
|
Dipartiment tat-Taxxi Interni
|
1
|
|
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
|
1
|
|
Awtorità tad-Djar
|
1
|
|
Management and Personnel Office
|
1
|
|
Awtorità ta’ Malta dwar it-Trasport
|
1
|
|
Forzi Armati ta’ Malta
|
2
|
|
Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
|
1
|
10/3/10
SENTENZI KOSTITUZZJONALI
L-ONOR OWEN BONNICI isaqsi lil Mr Speaker: Jista' Mr Speaker jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm kienu l-ammonti ta' komunikazzjonijiet li s-Sedja irċeviet mingħand Imħallef fejn ġie relevat li xi liġi tivvjola xi dritt fundamentali tal-bniedem u kwindi ġiet dikjarata "null and void" ai termini tal-prinċipju tas-supremazija tal-Kostituzzjoni? X'kien l-isem tas-sentenzi rispettivi u liema artiklu/i f'kull każ intqal li hu anti-kostituzzjonali? Meta ġew riċevuti dawn il-komunikazzjonijiet u kemm għadda żmien f'kull każ sakemm inbidlet il-liġi relattiva? Għad hemm xi liġijiet pendenti li ġew dikjarati "null and void" imma għadhom ma ġewx emendati?
SPEAKER: Is-Sedja qed tpoġġi ħafna mill-informazzjoni mitluba għall-perjodu indikat mill-Onor. Memrbru fuq il-Mejda tal-Kamra. Mhux kompetenza tas-Sedja tindika liema liġijiet jew disposizzjonijiet tagħhom l-imsemmija deċiżjonijiet tal-Qrati li għaddew f'ġudikat iddikjaraw li huma ultra vires jew li jmorru kontra xi disposizzjoni tal-Kostituzzjoni ta' Malta jew xi dritt tal-bniedem jew libertà fondamentali elenkati fl-Ewwel Skeda li tinsab mal-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea. Kif jaf l-Onor. Membru skond l-Artikolu 242 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili l-iSpeaker hu tenut biss li jpoġġi kopja ta' tali sentenzi tal-Qrati fuq il-Mejda tal-Kamra fl-ewwel seduta tal-Kamra wara li jkun irċevihom. Imbagħad sta għall-Eżekuttiv li f'każijiet bħal dawn jieħu dawk il-passi li jista' jidhirlu meħtieġa biex ineħħi kull inkonsistenza mal-Kostituzzjoni ta' Malta jew mad-drittijiet tal-bniedem jew libertajiet fondamentali kif imħarsa bl-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea. Għaldaqstant is-Sedja mhix f'pożizzjoni tagħti t-tagħrif kollu mitlub f'l-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija.
26/1/10
Sentenzi Kostituzzjonali li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra minn Mr Speaker
2000:
Seduta Nru. 436 - It-Tnejn, 27 ta' Novembru 2000
P.L. 2939 Kopja tas-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati, "Il-Puluzija vs Owen Mallia" datata 21 ta' Novembru 2000.
2001:
Seduta Nru. 475 - It-Tlieta, 23 ta' Jannar 2001
P.L. 3207 Kopja tas-sentenza tal-Qorti tal-Appell mogħtija fis-17 ta' Jannar 2001, "Giovanni Psaila pro et noe vs l-Avukat Ġenerali", skont l-artiklu 242 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Seduta Nru. 502 - L-Erbgħa, 21 ta' Frar 2001
P.L. 3342 Kopja tas-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati, "Il-Puluzija vs Godfrey Ellul", datata 13 ta' Frar 2001.
Seduta Nru. 637 - It-Tnejn, 12 ta' Novembru 2001
P.L. 4264 Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-2 ta' Novembru 2001 bl-ismijiet "Victoria Cassar vs l-Awtorità Marittima ta' Malta, Port Workers Board, il-Prim Ministru, l-Avukat Ġenerali u l-Ministru responsabbli mill-portijiet.
P.L. 4265 Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-2 ta' Novembru 2001 bl-ismijiet "Odette Federoff, armla ta' James Federoff vs is-Segretarji Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministru tal-Ġustizzja, il-Ministru tal-Intern, l-Avukat Ġenerali u d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku.
Seduta Nru. 662 - Il-Ħamis, 6 ta' Diċembru 2001
P.L. 4440 Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-30 ta' Novembru 2001 bl-ismijiet "Anthony Frendo vs l-Avukat Ġenerali, il-Prim Ministru u Kummissarju tal-Value Added Tax".
2002:
Seduta Nru. 684 - L-Erbgħa, 23 ta' Jannar 2002
P.L. 4602 Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fl-4 ta' Jannar 2002 bl-ismijiet "Godfrey Ellul vs l-Avukat Ġenerali", skont l-artiklu 242 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
2003:
Seduta Nru. 2 - Tnejn, 26 ta' Mejju 2003
P.L. 5 Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fis-27 ta' Marzu 2003 fl-ismijiet "Dr Patrick Spiteri vs L-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija"
P.L. 6 Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fis-27 ta' Marzu 2003 fl-ismijiet "Emanuela Vella f'isimha proprju u għan-nom ta' ħutha msefrin Francis, Eugenio u Paul aħwa Borg u żewġha Benigno Vella vs Kummissarju ta' l-Artijiet u l-Avukat Ġenerali"
2004:
Seduta Nru. 116 - It-Tnejn, 19 ta' April 2004
P.L. 1270 Kopja tas-sentenza tal-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili datata l-1 ta' April 2004, bejn S&D Yachts Company Limited vs Motor Yacht Pegasus bil-bandiera Ġermaniża (Rikors Nru 1073/02FS).
Seduta Nru. 182 - It-Tnejn, 8 ta' Novembru 2004
P.L. 2151 Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-3 ta' Novembru 2004 fl-ismijiet "Joseph Gauci et vs Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru et".
P.L. 2152 Kopja tas-sentenza tal-Prim'Awla tal-Qorti (Sede Kostituzzjonali) mogħtija fit-8 ta' Frar 2001 fl-ismijiet "Joseph Gauci et vs Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru et".
2005:
Seduta Nru. 229 - It-Tnejn, 31 ta' Jannar 2005
P.L. 2730 Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-28 ta' Jannar 2005 Vincent Cilia vs Prim Ministru, l-Avukat Ġenerali, Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u d-Direttur tad-Dwana u tas-Sisa.
Seduta Nru. 252 - It-Tnejn, 11 ta' April 2005
P.L. 2941 Kopja ta' sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fl-1 ta' April, 2005, fl-ismijiet "The Republic of Malta vs Gregory Robert Eyre and Susan Jayne Molyneaux".
Seduta Nru. 290 - It-Tlieta, 12 ta' Lulju 2005
P.L. 3471 Kopja ta' sentenza mill-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili datata 23 ta' Ġunju 2005 bejn Emanuel Camilleri u martu Mary Camilleri vs Kummissarju ta' l-Artijiet u l-Avukat Ġenerali (Rikors Nru 5/05TM).
Seduta Nru. 295 - It-Tnejn, 26 ta' Settembru, 2005
P.L. 3551 Kopja ta' sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati, "Il-Pulizija vs Grezzju sive Horace Cassar" datata 3 ta' Awissu 2005.
2006:
Seduta Nru. 346 - It-Tnejn, 30 ta' Jannar 2006
P.L. 4444 Kopja ta' sentenza mill-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) datata 25 ta' Jannar, 2006 bejn Anne Miller vs l- Avukat Ġenerali, il-Prim Ministru, il-Ministru ta' l-Intern, id-Direttur taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates, il-Kummissarju tal-Pulizija u l- Uffiċjal Prinċipali ta' l-Immigrazzjoni (Rikors Nru 19/02FS).
Seduta Nru. 376 - It-Tnejn, 24 ta' April 2006
P.L. 4825 Kopja ta' sentenza mill-Qorti Kriminali - Pig Breeding Company Ltd vs l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarji tat-Taxxi Interni - datata 6 ta' April 2006.
Seduta Nru. 421 - L-Erbgħa, 19 ta' Lulju 2006
P.L. 5296 Kopja ta' sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali datata 18 ta' Lulju, 2006 bejn Anne Miller vs l-Avukat Ġenerali, il-Prim Ministru, il-Ministru tal-Intern, id-Direttur taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates, il- Kummissarju tal-Pulizija u l-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni (Rikors Nru 19/02CFS).
Seduta Nru. 441 - It-Tnejn, 23 ta' Ottubru 2006
P.L. 5569 Kopja ta' żewġ sentenzi mill-Qorti Kostituzzjonali datati 3 ta' Ottubru, 2000 u 16 ta' Ottubru 2006 bejn Mario Galea Testaferrata, Nicholas Jensen, Helen armla ta' Malcolm Miles, Agnes mart l-ispiżjar Alfred Gera de Petri u l-istess spiżjar Alfred Gera de Petri li jidher għan-nom u in rappreżentanza ta' Irene mart John Bach, Anna Marie mart John Spiteri Debono li tidher kemm f'isimha proprju kif ukoll għan-nom tal-imsiefra Karen mart it-tabib Joseph Preziosi vs il-Prim Ministru, il-Ministru tal-Ġustizzja, George u Maria konjugi Theuma u Gianni u Lelina konjugi Grech (Ċitazzjoni Nru 348/91/RCP u Rikors 348/91RCP).
2007:
Seduta Nru. 493 - It-Tnejn, 12 ta' Frar 2007
P.L. 6259 Kopja ta' sentenza mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali datata 9 ta' Frar 2007 bejn il-Pulizija u Joseph Lebrun (Rikors Numru 16/06TM).
Seduta Nru. 554 - It-Tnejn, 24 ta' Settembru 2007
P.L. 7136 Kopja ta' sentenza mill-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili mogħtija fis-26 ta' Ġunju 2007 bejn Francis Tirchett f'ismu proprju u għan-nom u in rappreżentanza tal-Malta Society of the Blind, Kevin Cutajar f'ismu proprju u għan-nom u in rappreżentanza tal-Gozo Aid for the Visually tat-Torball for the Blind vs Kummissarju Elettorali Prinċipali in rapprżentanza tal-Kummissjoni Elettorali u l-Avukat Ġenerali għal kwalsiasi interess li jista' jkollu (Rikors Nru 167/06FS).
2008:
Seduta Nru. 2 - It-Tnejn, 12 ta' Mejju 2008
P.L. 5 Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fid-29 ta' Frar 2008 bl-ismijiet "Anthony Grech vs Claire Calleja" u b'digriet mogħti fl-20 ta' April 2007, ġiet ordnata l-kjamata in kawża ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika.
Seduta Nru. 44 - It-Tnejn, 20 ta' Ottubru 2008
P.L. 731 Kopja ta' sentenza mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali datata 15 ta' Ottubru 2008 bejn Vincent Borg u l-Onorevoli Prim Ministru et (Rikors Numru 518/95 VDG).
2009:
Seduta Nru. 98 - L-Erbgħa, 1 ta' April 2009
P.L. 1922 Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fis-27 ta' Marzu 2009 bl-ismijiet "Anne Miller pro et noe vs l-Avukat Ġenerali et" (Rikors Numru 19/2002 CFS)
Seduta Nru. 100 - It-Tnejn, 20 ta' April 2009
P.L. 2011 Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-3 ta' April 2009 bl-ismijiet "Ruth Debono Sultana u Silvio Debono vs Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali u Ministru għall-Politika Soċjali" (Rikors Nru 28/2008GCD).
Seduta Nru. 141 - It-Tnejn, 28 ta' Settembru 2009
P.L. 2676 Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fl-10 ta' Lulju 2009 bl-ismijiet Dr Rene' Frendo et vs Il-Kummissarju tal-Art et (Rikors Nru 17/02GC).
P.L. 2677 Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fl-10 ta' Lulju 2009 bl-ismijiet Dr Rene' Frendo et vs Il-Kummissarju tal-Art et (Rikors Nru 18/02GC)
Seduta Nru. 176 - L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru 2009
P.L. 3500 Kopja ta' sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fis-7 ta' Diċembru 2009 bl-ismijiet "Josephine mart Carmel Bugeja et vs l-Avukat Ġenerali et" (Rikors Nru 1/2002TM).
MONUMENT TAS-SETTE GIUGNO
ONOR OWEN BONNICI isaqsi lil Mr Speaker: Stante li l-iSpeaker ta' kull sena fis-Sette Giugno, u stante li l-caduti tas-Sette Giugno għandhom rabta intrinsika mat-twaqqif tal-ewwel Parlament fl-1921, u stante li l-Membri Parlamentari jiltaqgħu fil-Palazz tal-President, jistax l-istess Mr Speaker jinforma lill-Parlament x'inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar l-ippożizzjonar tal-monument tal-caduti tas-Sette Giugno fil-pjazza ta' quddiem il-Palazz li fih jiltaqgħu r-rappreżentanti eletti mill-poplu?
SPEAKER: Is-Sedja tirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija tal-Onor Roderick Galdes fis-Seduta 185 tas-26 ta' Jannar 2010.
27.1.10
KAŻI TA' ABBUŻ MILL-PRIVILEĠĠ PARLAMENTARI
L-ONOR CENSU GALEA isaqsi lil Mr Speaker: Billi fuq il-Malta Independent tat-13 ta' Jannar 2010, l-Onor Owen Bonnici ġie kkwotat li qal li dan l-aħħar kien hemm xi każi ta' abbuż mill-privileġġ parlamentari li ġew settled bejn dawk li kienu involuti, jista' Mr Speaker jagħti tagħrif dwar x'kienu dawn il-każi, u min kienu d-deputati involuti, kemm dawk li qajmu l-każ kif ukoll li wettqu l-allegat abbuż?
SPEAKER: Tul din il-Leġislatura l-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi kkonsidra każ wieħed biss ta' ksur ta' privileġġ li ġie riferut lilu mis-Sedja. Fil-kors tal-konsiderazzjoni quddiem il-Kumitat, dan il-każ ġie solvut b'dikjarazzjoni miftiehma bejn il-partijiet involuti li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Membri involuti kienu l-Onor Alfred Sant u l-Onor Austin Gatt.
26.1.10
MONUMENT TAS-SETTE GIUGNO
ONOR RODERICK GALDES isaqsi lil Mr Speaker: Jista' Mr Speaker jgħid jekk huwa jew l-uffiċċju tiegħu kienx konsultat dwar it-tneħħija tal-Monument Nazzjonali tas-Sette Giugno?
SPEAKER: Filwaqt li mhix il-funzjoni ta' Mr Speaker jew l-uffiċċju tiegħu li jiġu konsultati minn xi awtorità oħra dwar tqegħid jew tneħħija ta' monumenti pubbliċi f'postijiet li ma jaqgħux fil-limiti tal-Kamra tad-Deputati, is-Sedja ġiet informata li l-Monument tas-Sette Giugno kien ser jiġi trasferit bħala parti mix-xogħlijiet fuq Pjazza San Ġorġ quddiem il-Palazz. Ninsab informat li r-rilokazzjoni tiegħu qed tiġi kkonsidrata fil-kuntest tal-proġett tal-Gvern għar-riġenerazzjoni ta' Bieb il-Belt Valletta u l-bini ta' parlament ġdid.
26.1.10
|