RULING MOGĦTI MINN MR SPEAKER F’SEDUTA NRU 742 TAT-22 TA’ MEJJU 2002
Nirriferi għal talba għal ruling dwar każ ta’ ksur ta’ privileġġ imqajjem mill-Onor Mizzi fil-konfront ta’ l-Onor Mario Galea aktar kmieni waqt din is-seduta fejn qal li l-Onor Galea mmislijdja lill-Kamra.
Is-Sedja semgħet it-tape ta’ dak kollu li ntqal. Jirriżulta li l-Onor Mario Galea qal li l-Onor Jean Pierre Farrugia kien inqabad fuq viżta medika. Jirriżulta wkoll li l-Onor Farrugia kompla jispjega li hu u ġej sab it-traffiku u għalhekk ma laħaqx wasal fil-ħin.
Is-Sedja jidhrilha li dawn iż-żewġ dikjarazzjonijiet ma jmorrux kontra xulxin u għaldaqstant is-seduta issa tkompli filwaqt li nappella għall-bonsens ta’ l-Onor Membri kollha.