RULING MOGĦTI MINN MR SPEAKER F’SEDUTA NRU 741 TAT-22 TA’ MEJJU 2002

B’riferenza għall-każ ta’ ksur ta’ privileġġ imqajjem mill-Onor Joe Mizzi fis-seduta numru 738 ta’ l-20 ta’ Mejju 2002, is-Sedja eżaminat l-artiklu li deher fil-ħarġa ta’ “The Malta Independent on Sunday” tad-19 ta’ Mejju 2002.

Is-Sedja, anke wara pariri legali, tirrileva li skond l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati, ma jirriżultawx ir-rekwiżiti neċessarji għal prima facie ksur ta’ privileġġ, anke fid-dawl tal-fatt li ma ġiex speċifikat taħt liema artiklu qed jitqajjem il-każ in kwestjoni.