RULING MOGĦTI MINN MR SPEAKER FIS-SEDUTA NRU 575 TA’ L-10 TA’ LULJU 2001

B'riferenza għall-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Onor Michael Bonnici fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 2 ta’ Lulju 2001, is-Sedja eżaminat l-ittra ppubblikata fil-ħarġa tal-gazzetta “The Malta Independent” ta’ l-istess ġurnata bit-titlu “MP’s irresponsibility”.

Fir-rigward tal-kliem użat fl-ittra msemmija, is-Sedja jidhrilha illi hemm prima facie ksur ta' privileġġ in kwantu tat-ton dispreġjattiv użat fil-konfront ta’ l-Onor Michael Bonnici, u dan skond l-artikolu 11 subinċiż (4) paragrafu (j) ta' l-Ordinanza dwar is-Setgħat u l-Privileġġi tal-Kamra tad-Deputati.