B'riferenza għall-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Prim Minstru fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 11 ta’ Ġunju 2001, is-Sedja eżaminat it-transcript mhux uffiċjali ta’ l-istqarrija li l-Prim Ministru għamel fis-Seduta tas-6 ta’ Ġunju 2001, flimkien ma’ recording ta’ l-aħbarijiet li xxandru fuq Radju Super One u One News – Television, fis-7 ta’ Ġunju 2001.
Fil-konfront tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni ma jirriżultax li hemm prima facie ksur ta’ privileġġ.
Fil-konfront ta’ One News – Radio u One News – TV, jirriżulta li hemm biss prima facie ksur ta’ privileġġ in kwantu dawn użaw il-kelma “paljazzi” fir-rapport tagħhom b’riferenza għal dak li qal il-Prim Ministru dwar l-erba’ Kummissarji Elettorali li rriżenjaw mill-Kummissjoni Elettorali, kliem li ma ntużax mill-Prim Ministru fl-istqarrija li għamel fis-Seduta Parlamentari tas-6 ta’ Ġunju, u dan skond kif maħsub fis-subartikoli (j) u (k) ta’ l-artikolu 11 (4) tal-Kapitolu 113 tal-Liġijiet ta’ Malta.