RULING MOGĦTI FIS-SEDUTA NRU 320 TA' L-20 TA' ĠUNJU 2000
THE CHAIRMAN: Ġejt mitlub mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex nagħti ruling dwar kif għandha ssir il-votazzjoni fuq Klawsola 32 u t-Tieni Skeda ta' l-Abbozz ta' Liġi għat-twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni.
Il-mod kif issir il-votazzjoni hu regolat bl-Ordnijiet Permanenti u l-konswetudni kostanti ta' din il-Kamra, u ċioč li l-ewwel jittieħed vot fuq l-emendi li jkun hemm fuq il-klawsola u wara jittieħed il-vot fuq il-klawsola sħiħa kif tkun emendata b'dawk l-emendi li jkunu mgħoddija mill-Kumitat.
Dan hu l-mod li bih għandu jimxi l-Kumitat f'din il-kwestjoni, skond l-Ordnijiet Permanenti u r-ruling tas-Sedja tal-lum stess, li skond l-Ordni Permanenti 62 ma jistax jiġi diskuss illum.