RULING MOGĦTI FIS-SEDUTA NRU 282 - 11 TA' APRIL 2000

DEPUTY SPEAKER:  Is-Sedja nnotat il-punt imqajjem mill-Onor Joe Mizzi.

Kif diġa' ġie kkonstatat f'ruling preċedenti mogħti fis-seduta tad-19 ta' Diċembru 1998, meta jintalab vot fil-Kamra sew fuq mozzjoni u sew fuq liġi, il-konswetudini hi li s-Sedja tqis illi l-vot jgħaddi skond in-numru rispettiv taż-żewġ naħat tal-Kamra.

Fl-okkażjoni odjerna wkoll ma kien hemm l-ebda indikazzjoni minn ebda naħa li xi ħadd mill-Onor. Membri se jivvota kontra l-mod kif kien se jivvota l-grupp parlamentari li għalih jappartjeni. Dan huwa sostnut mill-fatt li matul id-dibattitu fuq l-istess mozzjoni li l-Kamra għandha quddiemha, kien hemm iktar minn talba waħda għal extension abbażi ta' ordni permanenti 49, bi proponent u sekondant min-naħa ta' l-oppożizzjoni, liema talbiet ma sabux l-approvazzjoni tal-Kamra wara li ssejħet il-votazzjoni.

Għaldaqstant is-Sedja għal darb'oħra tiddikjara li l-mozzjoni m'għaddietx.