Ruling mogħti fis-Seduta Nru 74 ta’ l-10 ta’ Marzu, 1999.

The Deputy Speaker:  Is-Sedja kkonsidrat id-diskors ta’ l-Onor. Joseph Cuschieri u t-talba tas-Segretarju Parlamentari l-Onor Austin Gatt għal każ ta’ ksur ta’ privileġġ fil-konfront tiegħu.

Minn debates passati jirriżulta li ġie dikjarat li materja ta’ hearsay mhix ammissibbli bħala xhieda f’każijiet simili. L-Onor. Joseph Cuschieri kien qed jibbaża dak li qed igħid fuq dak li sema mingħand ħaddieħor. Ma jfissirx li dak li ntqal detto del detto hija l-verżjoni attwali. Għaldaqstant is-Sedja ma tikkonsidrax li l-Onor. Cuschieri kien qed jagħmel xi akkuża diretta fil-konfront ta’ xi membru ieħor ta’ din il-Kamra.

Għaldaqstant ukoll ma jirriżultax li hemm xi prima facie allegazzjoni diretta lejn l-Onor Austin Gatt meta kien Segretarju Ġenerali tal-Partit.