Ruling mogħti mill-President tal-Kumitati fis-Seduta Nru 46 tal-21 ta' Diċembru 1998

THE CHAIRMAN:  B'riferenza għall-punt imqajjem mill-Onor George Vella.

Il-ħin ta' l-interruzzjoni ta' din is-seduta hu l-10.00 p.m. u wara li jsir dak il-ħin hemm provdut li l-Kamra tgħaddi għal proċeduri msemmija fl-aħħar tliet paragrafi tal-mozzjoni ta' proċedura mgħoddija fit-12 ta' Diċembru 1998 (Seduta 30). M'hemm xejn fil-mozzjoni ta' proċedura jew fl-istanding orders illi jillimita l-ħin li fih iridu jsiru l-proċeduri li għad fadal skond dik il-mozzjoni ta' proċedura. Hemm biss li dawk il-proċeduri jridu jsiru minkejja l-ħin li hemm bżonn għalihom.

Il-fatt li qaleb nofsilejl u għaddejna f'jum ieħor hu kompletament irrelevanti.