Ruling mogħti mill-Viċi President tal-Kumitati fis-Seduta Nru 46 tal-21 ta' Diċembru 1998
THE DEPUTY CHAIRMAN: Wara li s-Sedja ġiet mistiedna min-naħa ta' l-Onor John Attard Montalto sabiex tisma' t-tapes tar-recording tas-seduta, reġgħet semgħet dan u kkonstatat li mir-recording hemm il-vuċi distinta ta' l-Onor Edwin Vassallo, fejn talab Division, kif ukoll li s-Sedja ddikjarat għal darbtejn li l-emenda kienet carried.
Illi wara s-Sedja ġiet mitluba mill-Onor Joe Mizzi sabiex tagħti ruling fuq din il-kwestjoni s-Sedja rat l-artikou 83 ta' l-Ordnijiet Permanenti fejn hemm speċifikat li:
"Wara li l-Ispeaker jew il-President f'Kumitat tal-Kamra kollha li jkun iddikjara r-riżultat ta' proposta li jkun qiegħed għal voti, kull Membru li jkun semma' leħnu ma' dawk li skond dik id-dikjarazzjoni jkunu fil-minoranza, jista' jitlob votazzjoni tal-Kamra dwar dik il-proposta, u wara hekk għandha ssir votazzjoni bla diskussjoni kemm-il darba ma jidhirx lill-Ispeaker jew lill-President li dik it-talba tkun saret bla bżonn.".
U wara li kkonstatat li l-membru li talab division ma jagħmilx parti mill-minoranza iżda mill-maġġoranza kif iddikjarata mis-Sedja, tiddeċiedi li t-talba għal votazzjoni skond l-artikolu 83 ta' l-Ordnijiet Permanenti ma tistax tiġi milqugħa.