RULING MOGĦTI FIS-SEDUTA NRU 30, IS-SIBT, 12 TA' DIĊEMBRU, 1998
MR SPEAKER: Il-punt imqajjem mill-Onor Alfred Sant, Kap ta' l-Oppożizzjoni, hu li l-f'nofsinhar skada l-ħin tas-seduta u s-seduta kellha tiġi aġġornata.
L-Ordni Permanenti Nru 9 jgħid li:
"Il-ħin stabbilit għall-interruzzjoni ta' xogħol ikun id-9 ta' wara nofsinhar kemm-il darba l-Kamra ma tkunx ordnat xort'oħra"
Ġaladarba l-Kamra ma ordnatx xort'oħra, la permezz tal-Mozzjoni ta' Proċedura 31 u lanqas permezz ta' xi arranġament jew ftehim ieħor, huwa l-Ordni Permanenti Nru 9 li għandu jirregola l-ħin ta' l-interruzzjoni ta' din is-seduta.
Għaldaqstant is-seduta tissokta
.