RULING MOGĦTI FIS-SEDUTA NRU 29, IL-ĠIMGĦA, 11 TA' DIĊEMBRU 1998
MR SPEAKER: Dwar il-punt imqajjem mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor Alfred Sant, is-Sedja kkonsultat mar-records tal-Parlament u jirriżulta li l-Mozzjoni Nru 81 mgħoddija mill-Parlament fit-13 ta' Ottubru 1997, ma kenitx ġiet diskussa fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.
Xorta waħda s-Sedja tirrileva li m'hemm l-ebda regolament tal-Kamra li jgħid li mozzjoni simili trid tiġi diskussa l-ewwel fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.
Għaldaqstant il-Kamra hija aġġornata għal għada, is-Sibt, 12 ta' Diċembru 1998, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru għall-Politika Soċjali.