RULING MOGĦTI  FIS-SEDUTA NRU 8 TAT-TNEJN, 9 TA' NOVEMBRU 1998 fuq il-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Onor Alfred Sant, Kap ta’ l-Oppożizzjoni fis-Seduta Nru 2 tas-26 ta’ Ottubru, 1998.

THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Is-Sedja kkonsidrat it-talba dwar il-ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni fis-seduta tat-Tnejn, 26 ta' Ottubru, 1998. Is-Sedja eżaminat ukoll id-diversi dispożizzjonijiet ta' l-ordinanza biex tara jekk prima facie dak allegat mill-Onorevoli Membru jinkwadrax f'waħda mid-dispożizzjonijiet ta' l-istess ordinanza. Wara li s-Sedja eżaminat l-istess dispożizzjonijiet waslet għall-konklużjoni illi l-ilment ta' l-Onor. Alfred Sant ma jinkwadra fl-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta' l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat ta' din il-Kamra u għalhekk il-ksur ta' privileġġ ma jirriżultax.